Il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera, qal fil-Parlament li b’kemm jiswew €690,737 f’reklamar intefqu mill-Ministeru tiegħu għas-sena 2018. Herrera kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari magħmula mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Dawn intefqu kif ġej. Id-Dipartiment ta’ li Żvilupp Rurali nefaq is-somma ta’ €293,000, WasteServ nefqu €171,789 filwaqt li l-“Fisheries Department” nefaq €87,900. Skont Herrera ir-reklami ta’ WasteServ u “Fisheries Department” kienu parzjalment finanzjati mill-Fondi Ewropea.
//= $special ?>