Lokali

L-Aħħar Sessjoni Plenarja tal-Kunsill Ġenerali tal-PN

Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista l-Erbgħa filgħaxija komplew id-diskorsi minn diversi persuni fosthom kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew waqt il-Kunsill Ġenerali għall-aħħar sessjoni plenarja, bit-tema ‘Flimkien għal Pajjiżna’

Amanda Abela tkelmet dwar in-nies li m’għandhomx saqaf fuq rashom. Stqarret kif iż-żgħażagħ qed isibuha diffiċli biex jixtru jew jikru il-propjeta’ għax il-bank mhux qed isellifhom biżżejjed. Kompliet tgħid li jekk il-Gvern qed jgħid li l-ekonomija sejra tajjeb, is-soċjeta’ mgħadnix tħabbat wiccha ma dawn it tip ta’ problemi. L-anzjani ġew imwissija minn Joseph Muscat rigward il-pensjonijiet fejn qal li jekk ma jiġux ħaddiema barranin, ma jkunux jistgħu jieħdu l-pensjoni tagħhom.

Thomas Demartino tkellem dwar il-kors Future Leaders, li warajh inħolqot il-fergħa ‘TeamStart’. Huwa irringrazzja lill-Kap Adrian Delia li fetaħ beraħ il-bieb tal-Partit Nazzjonalista għaż-żgħażagħ. Stqarr kif ma tistax tgħix f’pajjiż ċivili jekk min jitkellem ikun imsikket għal dejjem. Tkellem kif dan il-Gvern ma jinteressaħx mill-ispazzji miftuħa, l-importanti għalih li jħaxxen il-bwiet. Qal kif permezz ta’ team start, iktar żgħażaġħ għandhom l-opportunita’ li jersqu lejn il-Partit Nazzjonalista.

Joseph Grech, president tal-MŻPN tkellem kif iħossu kburi li jifforma parti mill-Partit Nazzjonalista.Illum qed jitgawda il-frott tal-vizjoni li kellhom eks kapijiet tal-Partit Nazzjonalista. Awgura lil kull min ser ikun qed jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew. Tkellem kif l-MŻPN dejjem ħadmet u ser taħdem biex tkompli tiżdied il-ħidma taż-żgħażagħ, qal kif kien hu li tkellem sabiex tinħoloq il-fergħa Team Start.L-MŻPN għandu d-dmir li jkompli x-xogħol li għamlu tant Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista għal-ġid ta’ pajjiżna, u d-dover li flimkien infasslu Partit żgħażugħ, Ewropew u inklussiv.

Peter Agius qal kif huwa kien wieħed minn dawk li qal ‘Iva’ għall-Ewropa. Ħalla ftit xogħolu sabiex ikun jista’ jisma dak kollu li għandu xi jgħid il-poplu Malti. Tkellem dwar kif Malta hawn rati ta’ tniġġiż aktar milli hemm barra minn Malta u dan rajnih din il-Ġimgħa f’riċerka li saret. Dan il-Gvern donnu jrid jgħid li kulħadd qed jigdeb apparti aħna. Tkellem dwar is-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha bħalissa u dwar x’ser inħallu lil dawk ta’ warajna jekk nibqgħu sejrin hekk. Huwa ħeġġeġ lil kulħadd sabiex ningħaqdu flimkien u naħdmu grupp wieħed.

Dione Borg tkellem kif il-Kunsill Ġenerali qed jiddiskuti dokument importanti ħafna, bl-aktar importanti jkun it-titlu ‘Flimkien għal Pajjiżna’. Stqarr kif huwa il-Partit Nazzjonalista li jista’ jagħmel din il-qoxra għax huwa dan il-partit biss li jirrikonoxxi lil kull individwu. Is-Soċjeta’ għandha isserraħ rasha permezz tal-Partit Nazzjonalista. Ħaddiehor lanqas jaf fejn qiegħed u mhuwiex magħqud mentri il-Partit Nazzjonalista huwa partit magħqud fejn jidħlu kwistjonijiet importanti. Ippropona sabiex l-Unjoni Ewropea għandha jkollha fondi sabiex tgħin lil soċjetajiet li huma affetwati minn persuni barranin li qed jgħixu fihom.

Roselyn Borg Knight tkellmet kif kienu il-Partit Nazzjonalista u Pajjiżna li bis-saħħa t’hekk hi ser tkun qed tikkontenta għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Saħqet kif għandna nkunu flimkien għall-Partit sabiex inkunu flimkien għal pajjiżna għaliex jekk naħdmu flimkien dejjem nagħmlu suċċess. Irringrazzat liż-żgħażagħ li rrappreżentaw lil pajjiżna b’mod tajjeb ħafna fiċ-Ċina. Hija tkelmet kif ser tkun qed taħdem kemm b’mod lokalment fosthom it-traffiku, l-anzjani, l-futur ta’ uliedna kif ukoll fuq is-self employed. Hija rringrazzjat lil kulħadd u fakkret sabiex kulħadd jivvota lil kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.

Michael Briguglio stqarr kif ser inkunu dejjem wara il-Kap Adrian Delia għaliex m’aħniex baħrin tal-bnazzi biss. Qal li għalkemm qedgħin fl-aqwa żmien, illum il-ġurnata għandna studenti u ħaddiema li qed jgħixu f’kontejners. L-ekonomija ta’ Malta mhux ittejjbilna ħajjitna għax il-pagi qedgħin fil-friża. Il-penzjonanti m’humiex qed jħossu is-surplus. L-ambjent għall-Prim Ministru huwa biss biċċa art għall-bejgħ. Aħna Maltin u kburin li aħna Ewropew. Huwa stqarr kif jekk jiġi elett ser ikun viċin il-Maltin u mhux jingħalaq ġo Brussel. Malta m’għandix tkun għall-bejgħ. Il-Partit Nazzjonalista ħammar u qed ikompli jħammar wiċċ il-Partit Laburista. Jirbaħ il-Partit Laburista u nitilfu aħna.

David Casa tkellem dwar kif bħal kulħadd hu jħobb il-pajjiżna u hu dejjem ħadem sabiex Malta jkollha dejjem tim b’saħħtu ġewwa Brussel. Huwa irringrazzja lil Francis Zammit Dimech u lil Roberta Metsola għaliex flimkien qed jaħdmu biex jagħmlu ħajja aktar faċli lin-nies. Tkellem kif kien preżenti fiż-żmien li Malta kienet għadha dieħla fl-Unjoni Ewropea. L-Unjoni Ewropea hija d-dar tagħna. Il-Partit Laburista irid lil kulħadd jaħseb li huwa l-Partit ta’ Malta u li l-Partit Nazzjonalista hu traditur. Tkellem kif sabiex iservi lill-Maltin u Għawdxin, ikollu jagħmel ukoll dak li hu diffiċli.

Michael Mercieca tkellem kif ilhom madwar 40 sena jaħdem fil-Partit Nazzjonalista fosthom bi programmi fuq it-televiżjoni. Jinsab onorat li ser ikun qed jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Huwa irringrazzja liż-żgħażagħ li tkellmu fil-Kunsill Ġenerali u li kienu huma li ħeġġewh aktar sabiex jaċċetta li jikkontesta fl-elezzjoni. Faħħar il-ħidma tal-Kap Adrian Delia li permezz tiegħu qed tinkixef l-arroganza tal-Partit Laburista. Il-Pajjiż għandu bżonn lill-Partit Nazzjonalista għax huwa biss dan il-Partit li jista’ jgħaqqad dan il-pajjiż

Roberta Metsola qalet kif għandna ir-responsabilta li nibqgħu naħdmu u nibqgħu l-vuċi fuq dak li ħadmu l-eks kapijiet. Hi temmen li n-nies m’ghandhomx ikunu hemm biex jgħaqqdu l-ekonomija, li l-ġid ekonomiku għandu jissarraf f’żieda fil-pensjonijiet u ma temminx fic-cheap labour. Irridu li l-problema tat-traffiku tissolva u skejjel ġodda għall-Għawdxin. Jiddispjaċiha meta tiltaqa ma’ nies li mhux ilaħħqu mal-kiri tal-propjeta u ma nies li mhux issolvihom id-dħul. Stqarret kif ser tkun hemm kontra l-aġir ta’ dan il-Gvern korrott għax dan ser jibqa’ jagħmel minn kollox sabiex nieqfu nitkellmu.

Frank Psaila stqarr kif il-Partit Nazzjonalista kellu sena record ta’ tesserament mentri il-Partit Laburista qed jgħid li l-Partit Nazzjonalista spiċċa. Għandna partit glorjuż u għandna biex niftaħru. Min jgħola ħafna jieħu tisbita kbira u min jinżel l-isfel l-unika li jkun jista’ jagħmel huwa li jitla ‘l fuq. Adrian Delia ser ikun qed jagħmel ġustizzja ma dawk in-nazzjonalisti li huma mweġġgħin. Ftakar ukoll f’dak li għamel Lawrence Gonzi sabiex Malta tkun tista tidħol fl-Unjoni Ewropea. Kulħadd għandu għalfejn ikun kburi bil-Partit Nazzjonalista. Kull darba li mar Għawdex ma rax proġett wieħed mill-Partit Laburista, kull proġett f’Għawdex sar mill-Partit Nazzjonalista.

David Stellini tkellem kif il-Partit Nazzjonalista qed jattira nies li ma jkollhomx l-ebda interess f’politika iżda li jkollhom għal qalbhom il-valuri u l-Partit Nazzjonalista. Huwa faħħar il-Partit Nazzjonalista għal programmi li jtella f’ċerti livell. Tkellem kif in-nazzjonalisti jkunu hemm kemm fil-maltemp kif ukoll fil-bnazzi. Stqarr kif għaraf li huwa is-sens ta’ servizz pubbliku li kull ġurnata jtih l-entużjażmu sabiex ikompli għaddej b’din il-ħidma. Irringrazzja lil kulħadd, lil dawk li għallmuh u lil dawk li jgħinuh.

Francis Zammit Dimech tkellem dwar kif fil-Parlament Ewropew tkellem ħafna fuq is-saħħa u biex għamel dan kien jiġi lejn Malta sabiex jifhem dwar minn xiex għaddej il-pazjent. Stqarr kif hu qiegħed fil-Parlament Ewropew bħalha il-vuċi tagħna. Ma jmurx hemm biex jisraq lill-poplu iżda bħalha vuċi tal-Poplu. Jekk il-Prim Ministru iħobb tassew lil Malta, ma jpoġġix il-klikka qabel Malta, iżda Malta għandha dejjem tkun fuq quddiem. It-tema ta’ dan il-Kunsill Ġenerali għandha 3 tifsiriet: Flimkien għal pajjiżna bħala kandidati, Flimkien għal pajjiżna bħala Partit Nazzjonalista u Flimkien għal pajjiżna bħala Maltin.

Jean Pierre Debono stqarr kif id-dokument tal-Partit Nazzjonalista juri il-ħidma kollha li saret fil-Partit Nazzjonalista kemm fuq livell politiku kif ukoll fuq livell amministrattiv. Dan id-dokument juri ukoll il-kisbiet li għamel il-Partit Nazzjonalista. Din il-ħidma tkompli timla lill-Partit Nazzjonalista b’kuraġġ. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed hawn biex ikompli jikber u jaħdem. Kulħadd lest li jimxi mal-Kap Adrian Delia sabiex flimkien naslu għall-elezzjonijiet ta’ Mejju. Huwa stqarr sabiex flimkien naħdmu biex f’Mejju ikollna riżultat mistħoqq għall-Partit Nazzjonalista. Jinsab konvint li jekk nemmnu, nistgħu naslu, flimkien għal pajjiżna.

Pierre Portelli tkellem kif dan il-kunsill jurina dak kollu li nkunu għamilna matul is-sena. Kienet sena li ma waqafniex nieħdu nifs. Stqarr kif fil-ġranet li ġejjien ser ikun qed jiġi mniehdi NET ON DEMAND. Huwa stqarr li l-Partit Nazzjonalista ser ikun qed jagħmelm politika tajba u qal li l-elezzjonijiet ta’ Mejju huma importanti għax ituna is-saħħa biex nagħmlu aktar passi ‘l quddiem bħala partit. Dawn l-elezzjonijiet jgħinuna naslu għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, li rridu nirbħu għal pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista diġa qed iressaq proposti li ser jibqgħu valudi. Lin-nies irridu ntuhom partit li kapaċi jikkonfronta sfidi ġodda. Kien il-Partit Nazzjonalista li fetaħ il-bibien beraħ bid-dħul ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.