Lokali Parlament

Ministru Cardona għadu ma ċaħadx allegazzjoni li huwa nvolut fil-qtil ta’ DCG

Arkivji

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li dan huwa l-unika pajjiz fid-dinja jsiru allegazzjonijiet u ma jsir xejn. Xi ħadd isemmi Ministru li huwa nvolut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u ma jgħid xejn, u għaddew tliet ġimgħat, ma jiċħadx. Hawn il-Ministru Chris Cardona beda jinterrompih, u Fenech Adami kompla jinsisti, “sa issa għadek ma’ ċħadx. Din il-persuna qalet dan kollu, u għadek ma ċaħadx”.

Fenech Adami qal li f’isem id-diċenza, l-Ministru Cardona  għandu jserraħ moħħ il-poplu Malti, video serji akkużi kontra l-PM u Chris Carodona u jekk jirriżulta li ma ġewx onorati n-normi, allura irid iwieġeb. Issa kontra n-normi kollha min għamel dawn l-allegazzjonijiet, spiċċa l-isptar Monte Carmeli. Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal dan meta kien qed jitkellem dwar l-Abbozz numru 75, Abozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija. Dan dwar in-numri tal-bibien li irid ikunu fis-seħħ.

Donnu jidher li f’dan il-pajjiż għandna sistema li ma nimxux ma kulħadd l-istess. Min jikkritika lill-Gvern u jgħid xi ħaġa ma taqbilx għal widnjejh, il-Pulizija jaqbdu u jkaxxkruh lejn Monte Carmeli, meta dan ma jistax isir. Din il-persuna fuq il-midja soċjali għamel allegazzjonijiet kontra l-Prim Ministru u l-Minstru Chris Cardona. Għax għamel hekk marru għalih u waddbuh l-isptar.

Kien hawn huwa kien qed jiġi nterrott ħafna drabi minn naħa tal-bankijiet tal-Gvern, bil-kelliem jisfida lil Chris Cardona u jistaqsih għaliex huwa ma ċaħadx dak li qal dak li spiċċa Monte Carmeli, li huwa kien involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Id-Deputat Nazzjonalista qal li donnu li f’dan il-pajjiż għandna sistema ta’ “two weights and two measuers”. Qal li ftit tal-ġimgħat ilu suldat għamel ċajta fejn fuq xatba, dan bil-karozza tas-servizz tiegħu, fejn qal li din qamet eluf tal-euros u saret għaxejn għax tista’ ddur magħha. Forsi kellu lingwaġġ daqsxejn iebes, lingwaġġ kontra l-Partit Laburista, għax qal li Gvern isib il-flus għal dawn l-affarijiet u għal affarijiet oħra ma jsibx. Tenna li dan is-suldat  spiċċa tkeċċa mill-post tax-xogħol u kellu jibda proċeduri fil-Qorti.

Fenech Adami qal li pero dak li deher fil-ġurnali l-Erbgħa, qiesu ma’ ġara xejn, se ssir l-inkjesta, iżda dawn is-sinjuri la ġew sospiżi u xejn u s-suldat tax-xatba tkeċċa. Dawn il-Pulizija li deheru fil-filmati tal-Erbgħa xejn, anzi l-Ministeru stess ħabbar li dawn ma ġewx sospiżi.

Il-kelliem qal li alla ħares dan il-pajjiż nerġgħu nieħduh meta l-Pulizija għandhom l-impressjoni, li jistgħu jsawwtu u jieħdu l-liġi. Sfortunatmaent hemm ftit Pulizija li jaħsbu li għax jilbsu uniformi, jemmnu li jistgħu jagħmlu li jridu. Dawn jagħmlu ħsara lil dawk il-ħafna u ħafna Pulizija, li jimxu sew u ma jaqblux mas-swat, kompla jgħid il-kelliem.

Fenech Adami qal ukoll li fil-ġranet li għaddew fuq il-midja sożjali deher video ta’ persuna li għamlet allegazzjonijiet iebsa fil-konfront tal-Prim Ministru, Ministru u esponenti tal-Gvern. Dan il-“video” fuq il-midja soċjali rawh 126,000. Xi ħaġa li tieħu dik id-dimensjoni ma tistax tħalliha tmut għax wara dak il-“video”, ħareġ ieħor. Rajna xeni li jqajjmu numru ta’ mistoqsijiet.

Il-kelliem qal li l-Oppożizzjoni tistenna li dawn il-mistoqsijiet jiġu mwieġba. Qal li ngħad li l-Ministeru tas-Saħħa qed jinvestiga dan l-inċident. Sitwazzjoni fejn din il-persuna ġiet mkaxxkra lejn li sptar Monte Carmeli. Għamlet, x’għamlet, hemm proċedura li trid tiġi segwita.

Pero sa issa ma għandna l-ebda dikjarazzjoni li l-liġi ġiet osservata. Il-“mental health act” hija ċara. Hemm protokoll li jrid jiġi segwit. Meta jkollok pajjiż sħiħ li qed jitkellem fuq dak li ġara, meta jkollok persuna għolja li tgħid li l-proċedura ma ġietx segwita, allura wieħed għandu jagħti kas.

L-Avukat Fenech Adami stieden lill-Ministru biex jagħmel xi ħaġa. Qal li ħafna jinkwetaw għax dawk li huma speċjalisti f’dan il-qasam, bħall-“Alliance for Mental Health in Malta” qalu li hemm regolamenti iebsa skont il-liġi, li ma jistax Pulizija imur f’dar ta’ xi ħadd u ikaxkar lil xi ħadd lejn Monte Carmeli. Dan għax qabel ma jkun eżaminat minn tabib, ħadd ma jista’ jieħu lil ħadd Monte Carmeli.

Il-kelliem qal li ħadd ma jista’ jqum u jiddeċiedi li jieħu lil xi ħadd Monte Carmeli.  Hemm min qed jinkwieta fuq dawn l-affarijiet. Meta hemm xi ħadd li jinsab hemm maqful, u qed jgħajjat li mhux qed jiġi trattat sew, anke jekk m’għandux raġun, għandu jinstema. Suppost aħna soċjeta, li “we care”, le ma nistgħux nagħmlu dawn l-affarijiet, għax affarijiet li qegħdin jinkwetaw lil poplu. Hemm “track record” ta’ dan il-Gvern f’dan il-qasam, u “track record” mhux ta’ min jiftaħar bih. Dan il-pajjiż hawn stejjer ta’ saħħa mentali.

Semma każ ieħor fejn qal li taħt dan il-Gvern ftit tas-snin ilu, mar jipprotesta Kastilja, ċertu Igantius Busuttil. Dan mar jipprotesa fuq xi każ tal-MEPA. Marru fuqu l-Pulizija u arrestawh. Spiċċa biex għamel kawża kontra l-Gvern u rebaħha.  Fenech Adami kompla jitkellem dwar kemm mhux ma’ kulħadd issir ġustizzja. Semma li ċerta Edward Falzon li fuq Facebook, l-għada tal-festin fil-Girgenti fejn kien hemm il-Prim Ministru. Dan għajjar kemm felaħ lin-Nazzjonalisti u qal għax l-Oppożizzjoni tgħir għal Prim Ministru Joseph Muscat għax kien qed jixrob ix-xampanja. “Tridu tużaw l-istess kejl”, tenna Fenech Adami.

Kompla jgħid li din hija liġi li titkellem fuq in-numri tal-bibien. Imma wkoll tal-Kummissjoni Elettorali fejn qed jissemma li issa se tidħol fis-sistema waqt l-għadd tal-voti, sistema elettronika. Imma s-Segretarju Ġenerali tal-PN, kien esprima l-opinjoni tiegħu kif se titħaddem, fejn din is-sistema, irriżulta li fl-ewwel “test mock” li sar fuq is-sistema tal-għadd tal-voti, kien hemm 40 fil-mija ta’ “error rate”, ta’ voti li ma inqrawx tajjeb.

“Kien sar “mock run” ieħor u din niżlet għal 20 fil-mija. Qal li dan il-poplu għandu jingħata s-serħan tal-moħħ. Jirriżulta wkoll li meta ġew biex inaqqsu l-error rate minn 40 fil-mija għal 20 fil-mija, kien il-kuntrattur li għamel “adjusment” fis-sistema, allura din hija sistema li xi ħadd jista’ jagħmilha taħdem kif irid.

Nafu li fl-elezzjonijiet għal Kunsilli lokali, Kunsill jista’ jintrebaħ anke bi tliet voti u jkun hemm ħafna “cross voting” ukoll. Allura jrid ikollna s-serħan tal-moħħ. Qed jingħad ukoll li l-partiti politiċi se jingħataw kull vot li jintefa’ fil-kaxxa. Il-liġi tagħti ħafna poteri lill-partiti imma fuq din qed mmorru wisq “overboard” u naħseb qed nindaħlu fil-kunċett li l-vot huwa sigriet.

Fenech Adami qal li nisimgħu stejjer ta’ xiri ta’ voti, sistema fejn partiti se jkollhom aċċess, u jista ‘jkun li kandidat partikolari, jwiegħed xi ħaġa u jsir ftehim min qabel. Hawn min jixtri l-vot, u jekk ikun hemm ftehim wieħed jista’ jmur għand il-partit, u jkun jaf liema hija t-triq tal-votant u jiċċekkja jekk kienx hemm xi vot silmili dwar kif kien il-ftehim minn qabel.

Wara il-kelliem għadda biex juri l-prejokupazzjoni tiegħu dwar il-problema tal-“housing”. Qal li din hija wkoll problema li tfaċċat minħabba l-influss ta’ ħaddiema barranin. Qal li tlaqna minn sitwazzjoni fejn kulħadd kellu saqaf fuq rasu, il-problemi żdiedu minħabba persun rtirati u pensjonati, u ma jistgħux ilaħħqu.  Issa hemm nies li għandhom xogħol u wkoll jinsabu mingħajr saqaf fuq rashom.

Dan anke il-YMCA qalitu fejn spjegat li fl-2017 li minn kull 30 persuna, 20 kienu ma jaħdmux. Illum skont il-YMCA, minn kull 30 -20 għandhom impieg, dan hu ċertifikat tal-aqwa żmien ta’ Joseph Muscat. Ċertifikat ta’ dan il-Gvern li ħoloq faqar ġdid, kullħadd jaħdem illum u hemm min minnhom li għadu fil-faqar.

B’paga mininma ta’ 762 euro fix-xahar nibqgħu ngħidu li l-aqwa fl-Ewropa u issa wkoll l-għira tad-dinja, meta l-paga minima fl-Unjoni Ewropea hija ta’ 924 ewro. F’Malta hija 162 ewro anqas mill-EU. L-aqwa fid-dinja meta għandna l-propjeta tagħna togħla aktar minn Hong Kong.

Ir-riżultat ta’ dan kollu hu li għandna din il-bużżieqa, li għad trid tinfaqa’, għandna nies professjonisti li jmorru l-bank u ma jistgħux jissellfu biex ikollhom dar. Anke Avukati ġodda, ma jistgħux jixtru dar, In-nies ta bla dar qed jiżdied. Lanqas wara l-Gwerra ma kellna sitwazzjonijiet fejn kellna f’ ħames minn. Nies jitolbu għal saqaf fuq rashom. Għandna nies li issa qegħdin ukoll jittalbu biex jieklu.

M’ilux il-Prim Ministru deher jidher ikanta, “Ma tagħmlu xejn mal-Perit Mintoff”, mur ġib lil Mintoff jisma’ lill-Prim Ministru tal-Partit Soċjalista Malti, jgħid dawn l-affarijiet, jew l-aħjar -“ma tagħmlu xejn bħal Perit Mintoff, biegħtu ruħkom, u meta l-Prim Ministru jdabbar rasu, wara li ħoloq bużżieqa, z’se jiġri? Mur ġibek tkun il-Partit, Nazzjonalista tagħmel 25 sena u tbiddel pajjiz mill-qiegħ.

Wara Beppe Fenech Adami tkellem dwar l-Armata. Il-Gvern għamel minn kollox biex ifixxkel lil Ombuddsman, li kien qed jinvestiga l-ħniżrijiet dwar il-promozzjonijiet, fejn għamel rapport ta’ kemm il-promozzjonijiet kienu abbużivi u saru “by design” biex jaġevolaw lil min irid, u dam ma ħareġ ir-rapport minħabba li l-Ombuddsman kellu jmur l-Qorti daqs kemm fixxkluh.

Ħareġ li l-proċess kien imtappan minn influwenza minn barra u kollu diskriminazzjoni. Il-proċess kien bla integrita’ u kollu inġustizzji lejn minn ma ħa xejn, sar kollox tal-apposta, Min għamel qabża ta’ erba promozzjonijiet u xi ħadd ieħor tlieta’. Ħadmu biex iqaċċtu l-irjus, u ħadmu lil min għenhom fil-kampanja u għax ħbieb u għax jixorbu flimkien.  Ingħataw 700 “promotion” lejliet l-elezzjoni meta fl-Armata hemm anqas min 2,000 suldat. Din tfisser li l-Gvern ħarbat armata sħiħa. Kisser familji u kien hemm min telaq minħabba li saru dawn l-inġustizzji kollha.