Futbol Sport

Nantes jagħmlu talba lill-FIFA dwar it-trasferiment ta’ Sala

Nantes għamlu talba lill-FIFA kontra Cardiff, b’rabta mat-trasferiment ta’ Emiliano Sala. L-attakkant Arġentin sar l-aktar akkwist li sewa flus lill-klabb fid-19 ta’ Jannar, iżda miet meta l-ajruplan privat li kien qed iġorru waqa’ fil-Kanal Ingliż jumejn wara.

Il-klabb Franċiż kiteb lil Cardiff aktar kmieni dan ix-xahar fejn talbu biex jitħallas l-ewwel pagament minn tlieta, iżda l-klabb tal-Premier League qal li ried jistenna sakemm l-investigazzjoni tal-ħabta tkun lesta. Dan minkejja li huma stqarrew li se jkunu qed jagħmlu l-ħlas minħabba li huma obbligati bil-kuntratt li jagħmlu dan.

Il-ġimgħa l-oħra, Cardiff u Nantes qablu biex jestendu d-data tal-għeluq tal-ewwel pagament sal-bieraħ. Din id-data ntlaħqet u għalhekk Nantes talbu lill-FIFA biex tidħol fil-kwistjoni.