Sport Sport Ieħor

Nishikori jgħaddi għat-tieni rawnd f’Dubai

(Ritratt: EPA)

Kei Nishikori kellu jitħabat iżda finalment elimina lill-Franċiż Benoit Paire 6-4, 6-4 biex għadda għat-tieni rawnd tat-tournament Dubai Duty Free. Is-sid numru sitta tad-dinja li kien qed jagħmel id-debutt f’Dubai, salva seba’ break points fl-ewwel set qabel ħa vantaġġ minn problemi fl-irkoppa leminija ta’ Paire u spiċċa rebaħ f’81 minuta.

“Qatt mhu faċli tilgħab kontra Benoit. Għandu service brillanti u backhand tajba. Naħseb il-mument importanti kienet l-itwal logħba meta kont 2-1 fl-ewwel set. Irnexxieli nirbaħ il-logħba u kont aktar kunfidenti. Kieku kiser lura kollox seta’ jiġri. Kienet logħba tajba,” qal Nishikori. Il-Ġappuniż jilgħab fir-rawnd li jmiss kontra l-Pollakk Hubert Hurkacz li għeleb Franċiż ieħor Corentin Moutet 6-3, 7-5.

Intant komplew ikunu eliminati tennisti rinomati fl-ewwel rawnd bħal Daniil Medvedev u Marin Cilic. Medvedev tilef 6-3, 6-3 kontra s-sid numru 113 tad-dinja Ricardas Berankis, filwaqt li Cilic tilef kontra l-Franċiż Gael Monfils 6-3, 4-6, 6-0.

Tags