Lokali

Il-Partit Nazzjonalista huwa partit ħaj u oppożizzjoni pożittiva li se jibqa’ jiġġieled il-korruzzjoni u jkun il-vuċi tal-poplu

“Il-Partit Nazzjonalista huwa partit ħaj u oppożizzjoni pożittiva u se jibqa’ jiġġieled il-korruzzjoni u se jkun il-vuċi tal-poplu. Għalhekk jeħtieġ li ningħaqdu f’koalizzjoni ta’ nies ta’ rieda tajba, li jitkellmu bil-vot tagħhom fl-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej.”, hekk qal i-sSegretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli meta kien qed jindirizza l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalsita bit-tema Flimkien għal Pajjiżna.

Clyde Puli qal li r-rapport ta’ ħidma għal din l-ewwel sena tat-tmexxija l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista huwa xhieda ċara ta’ viżjoni politika u pjan fit-tul għal pajjiżna li qed ipoġġu pedament sod għall-partit. Huwa elenka din is-sena ta’ ħidma u qal kif:

· Din is-sena kien hemm rekord ta’ sħubija, l-aqwa waħda fi 13-il sena
· Sena rekord ta’ maratoni għal finanzi sostenibbli
· Kienet is-sena taż-żgħażagħ bit-twaqqif tal-kors politiku Future Leaders
· It-twaqqif tal-fergħa l-ġdida Team Start għaż-żgħażagħ adolexxenti
· Ir-rappreżentanza ta’ 15% taż-żgħażagħ fl-Kumitat Eżekuttiv tal-partit
· Tniżżlet l-età tat-tesserament għal 14-il sena

Is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli qal li mill-Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista qiegħed iressaq proposti konkreti għal bosta setturi milquta mill-politika tal-Gvern Laburista bħalma huma l-proposti għall-bdiewa u r-raħħala, il-qbiela, għall-iskart tal-kostruzzjoni, work life balance, għal Għawdex u għal ambjent aħjar. Clyde Puli qal li kien il-Kap tal-partit Adrian Delia li:

· Fetaħ kawża kontra l-Avukat Ġenerali biex jingħata kopja sħiħa tal-inkjesta talMaġistrat Aaron Bugeja.
· Mar il-Qorti biex iġib lura għand il-poplu t-tliet sptarijiet li l-Gvern ta lil Vitals.
· Ressaq mozzjoni b’urġenza biex il-Parlament jiddiskuti r-rivelazzjonijiet relatati malkumpanija misterjuża 17 Black.
· Ressaq mozzjoni biex issir inkjesta indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia
· Li għamel pressjoni kbira biex art pubblika f’San Ġiljan ma tingħatax bix-xejn millGvern għall-ispekulazzjoni u l-bini.
· Li tkellem f’isem il-familji li qed jinsterqu b’kontijiet tad-dawl u l-ilma aktar għoljin u aktar spissi taħt il-Gvern Laburista.
· Li ddefenda l-valur tal-ħajja u kien il-vuċi għat-tarbija fil-ġuf.

Clyde Puli qal li l-Partit Laburista tilef il-valur soċjali kif qalet Yana Mintoff, li l-ekonomija hija mibnija fuq iċ-cheap labour u kif qallu Sammy Meilaq li sostna kif huwa falliment li taħt Gvern Laburista hawn nies bla saqaf fuq rashom u oħrajn li qed jgħixu fil-faqar. Huwa qal li dan Gvern li falla f’bosta setturi għax:

· Ma beniex skola ġdida kull sena u t-tfal qed jieħdu t-tagħlim fil-kontejner.
· Ma rnexxilux inaqqas in-numru tal-early school leavers.
· Ma jafx x’inhi l-meritokrazija kif qallu l-Ombudsman stess fuq il-promozzjonijiet flarmata.
· Ġabna l-agħar fl-Ewropa fl-ugwaljanza bejn is-sessi.
· Bagħtna lura fil-kwalità tas-saħħa.
· Kisser ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna bil-korruzzjoni.
· Falla fl-ambjent u għandna fost l-agħar kwalità tal-arja fl-Ewropa.
· Falla milli jeqred il-faqar u ċ-cheap labour qed jgħolli rasu.
· Ma beniex housing soċjali u hawn 3,200 li qed jistennew li jkollhom saqaf fuq rashom.
· Ma rażżanx l-għoli tal-ħajja u l-anzjani mhux qed jaslu sal-aħħar tax-xahar bilpensjoni.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li fl-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej, il-PN se jibda bħala underdog u bi ftit riżorsi, mhux bħall-Gvern li jġib il-flus millAustralia Hall u mir-Raffles, imma l-Partit Nazzjonalista se jkun ipppreparat bl-aħjar mod għal dawn l-elezzjonijiet.