Internazzjonali

Terremot qrib Gatwick: “Jheżżeż anki d-djar”

Terremot qrib l-ajruport ta’ Gatwick. It-theżżiż qrib l-ajruport ta’ Gatwick inħass għall-ħabta tal-3.45am ħin tal-post. Il-qawwa ta’ dan it-terremot ġie meqjus ta’ 3.7 fuq l-iskala richter.

Rapporti internazzjonali qalu li l-epiċentru tat-terremot kien qrib il-villaġġ ta’ Southwater, fil-Punent ta’ Sussex.

S’issa ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ vittmi.

Dan huwa l-akbar terremot li laqat ix-xlokk tal-Ingilterra f’50 sena.