Fi stqarrija li ħarġet il-kumpanija Torka TACA Construction, għamlu ammissjoni ċara li l-ħaddiema tagħha kienu se jkunu qed jinżammu f’kontejners f’qiegħ barriera. Huma issa biddlu l-pjan u qed jgħidu li dawn il-ħaddiema se jkunu mpoġġija f’appartamenti.
Dan wara li Net News l-ġimgħa l-oħra żvela l-pjanijijet oriġinali tat-Torok li wassal biex l-Awtorità tal-Ippjanar iżżur din il-barriera fl-Imqabba u titlob li jitneħħew strutturi li kienu ttellgħu hemm.
TACA qed tgħid li l-ħaddiema li qed jinġiebu f’Malta huma mħarrġa sew fis-settur tal-kostruzzjoni.
Net News bgħat mistoqsijiet lil TACA Construction dwar l-akkomodazzjoni li se jkunu qed jgħixu fihom dawn il-ħaddiema u talab konferma dwar il-kundizzjonijiet tagħhom.
//= $special ?>