F’intervista mas-Segretarju Ġenerali tal-PN li xxandret fil-programm Net Live, Clyde Puli tkellem dwar is-success li kellu l-Kunsill Generali li ghadu kif intemm f’nofs il-gimgha.
Clyde Puli qal li t-tema Flimkien għall Pajjiżna ntagħżlet biex turi li l-ħidma li saret tul is-sena li għaddiet saret għall-pajjiż kollu u mhux biss għall-Partit,
Tul dan il-Kunsill Ġenerali spikka s-sehem attiv ta’ ħafna żgħażagħ, uċuh ġodda, demm ġdid fil-Partit Nazzjonalista – partit li qed jiftaħ il-bibien tiegħu u jilqa’ aktar nies fi ħdanu. Is-Segretarju Ġenerali stqarr li meta wieħed iħares lejn dawn iż-żgħażagħ, li ħafna minnhom bdew it-taħriġ tagħhom ftit tax-xhur ilhom u tara xi progress għamlu fi żmien tant qasir, wieħed irid jimmaġina x’se jkunu kapaċi jagħmlu fi ftit tas-snin oħra. Hu qal li f’dan iż-żgħażagħ jara futur sabiħ ħafna għall-Partit Nazzjonalista.
Mistoqsi x’ried ifisser il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta fid-diskors tal-għeluq tiegħu qal li l-Partit huwa ta’ kulħadd, Clyde Pui qal li l-Partit huwa wieħed inklussiv. Huwa l-Partit ta’ dawk li jħaddnu l-valurit ta’ soċjetà li jimpurtaha, ta’ dawk li jħaddnu l-valur tas-solidarjetà.
Huwa spjega kif dan il-Kunsill Ġenerali kellu l-għan li jagħti rendikont ta’ dak li ġara tul 2018. rendikont li wera numru rekord ta’ tesseramenti… inizzjattivi biex jgħinu l-partit jissaħħaħ finanzjarjament u inizzjattivi għaż-żgħażagħ bħal dawk ta’ Future Leaders u Team Start.
Clyde Puli għalaq billi qal li issa jrid ikollna l-paċenzja, li waqt li qed nindokkraw is-siġra li xettilna, nistennew l-istaġun ta’ meta tinqata’ il-frotta.
//= $special ?>
