Tifel ta’ 7 snin sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn ċint. L-Inċident seħħ f’Għajnsielem ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6.30p.m. fi Triq ix-Xatt.
It-tifel ittieħed lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u kellu jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ helikopter.
Il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini kien informat bil-każ u ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.
//= $special ?>