Sport Sport Ieħor

Federer pass eqreb lejn il-100 titlu ATP

(Ritratt: EPA)

Roger Federer għeleb lil Marton Fucsovics biex għadda għas-semifinali fl-Open ta’ Dubai u kompla l-mixja tiegħu lejn il-100 titlu ATP. L-Iżvizzeru għeleb lis-sid numru 35 fid-dinja 7-6, 6-4, f’siegħa u 57 minuta.

Jekk Federer jirbaħ it-tmien titlu f’Dubai hu jsir it-tieni tennist li jirbaħ 100 titlu individwali wara l-Amerikan Jimmy Connors. Fis-semifinali, Federer jilgħab kontra s-sid numru Borna Coric tal-Kroazja. Coric kellu bżonn sagħtejn u 27 minuta biex rebaħ kontra l-Georgjan Nikoloz Basilashvili.

Il-logħba twaqqfet parzjalment minħabba x-xita meta l-ewwel set kien 7-5, b’Federer isalva żewġ set points fit-tie-break u rnexxielu jirbaħ l-ewwel set. Ix-xita reġa’ bdiet traxxax meta kienu 4-4 fit-tieni set, iżda mat-tkomplija tal-logħba, Federer rebaħ il-break deċiżiv biex imbagħad għalaq il-logħba. Is-semifinali l-oħra kienet kontestata mill-Grieg Stefanos Tsitsipas u l-Franċiż Gael Monfils.