Lokali

FILMAT: “Qatt ma rajna xena simili” – Għawdex invażat bl-awrat

Wara l-festa li għamlu dawk li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet marru jiġbru l-ħut mix-Xemxija, fl-aħħar sigħat kien imiss lis-sajjieda Għawdxin li jagħmlu qabda tajba.

F’filmat li ttella’ fuq Facebook jidhru numru ta’ sajjieda jtellgħu l-awrat bla waqfien, saħansitra tnejn tnejn. Dawk li kienu preżenti għal din ix-xena mhux tas-soltu ddeskrivew li qatt ma raw xena simili u li “kull min kellu qasba, qabad il-ħut.”

Dan il-fenomenu mhux tas-soltu jidher li hu kawża diretta tal-aħħar maltempata li laqtet lil pajjiżna, b’riħ qawwi u mewġ li wassal biex ammont kbir ta’ ħut ħarab mill-fish farms.

Filmat: Manny Buhagiar