Żagħżugħ minn Ħal Qormi rnexxielu jniżżel isem pajjiżna fuq lista tal-aqwa qtates fid-dinja għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta.
Dan hekk kif Windy, il-qattusa ta’ Karl Luke Schembri, tar-razza British Shorthair, ikklassifikat fit-12-il post fil-lista WCF Best Cat Rating għall-2018.
Din il-lista prestiġjuża tal-World Cat Federation tanalizza lill-qtates fuq numru ta’ fatturi fosthom id-dehra tal-qtates.
Dan mhux l-ewwel unur għal Windy li ilha għall-aħħar xhur issiefer għal kompetizzjoni wara l-oħra fejn spiss ħarġet bl-unuri u r-rikonoxximenti f’isem pajjiżna.
//= $special ?>