HIBERNIANS…………….. 5 TARXIEN R…………………0
Hibernians: M. Jovicic (R. Briffa 85’), M. Dias, J. Mbong, A. Agius, N. Radojevic, B. Kristensen, M. Silveira (D. Xuereb 81’), J. Grech (T. Tabone Desira 80’), T, Fonseca, M. Sahanek, Taylon
Tarxien: A, Cassar (D. Bugeja 54’), D, Mambouana (M. Botta 50’), L. Grech, D. Zerafa, J.C. Gill, G. Aquilina, A. De Barros, Sir. Arab, Ricardinho, A. Nilsson, M. Paolucci
Imwissija: A. De Barros 35’ (T), M. Silveira 43’ (H), D. Zerafa 58’ (T), J. C. Gill 92’ (T)
Skorjaw: A. Agius 3’, B. Kristensen 45’, Taylon 71’, 78’, T. Fonseca 80’ (H)
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Edward Spiteri, Roberto Vella
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: T. Marcolino (Hibernians)
Attendenza: 849
Rapport: George Cassar
Hibernians żammew il-vantaġġ ta’ żewġ punti li għandhom fuq Valletta u baqgħu fil-kmand tal-klassifika wara rebħa kbira kontra l-ġirien Tarxien Rainbows. L-element ta’ derby ftit li xejn inħass hekk kif ta’ Raħal Ġdid kienu dominanti għal ħafna mill-ħin fejn saħansitra skorjaw tliet gowls f’temp ta’ għaxar minuti lejn l-aħħar tat-tieni taqsima.
Din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva għal Hibernians li komplew juru konsistenza f’din il-mixja li jittamaw li twassalhom għar-rebħ tat-tlettax-il kampjonat fl-istorja. Għall-kuntrarju din kienet ir-raba’ telfa wara xulxin għar-Rainbows li issa niżżlithom fl-għaxar post.
Il-gowlkiper ta’ Tarxien Andrea Cassar irritorna bejn il-lasti wara li tilef l-aħħar żewġ partiti minħabba li kien weġġa’ fil-konfront kontra Mosta, iżda fil-bidu tat-tieni taqsima reġa’ ħass l-uġigħ wara li salva xutt ta’ Marco Sahanek u kellu jinbidel. Din il-partita ġabet ukoll kontra xulxin lill-aħwa Jake u Luke Grech.
L-iskor ma damx wisq 0-0 hekk kif Hibernians skorjaw wara inqas minn tliet minuti. L-azzjoni bdiet minn korner ta’ Marco Sahanek, li kien segwit minn rovexxjata ta’ Taylon li ġabet żewġ plejers waħedhom quddiem il-gowlkiper ta’ Tarxien, b’ANDREI AGIUS jiskorja bir-ras. Id-difensur internazzjonali Malti ċċelebra l-gowl billi ġera lejn il-bank tas-sostituti u għolla flokk bil-kliem “Get well soon Jurgen”, b’dedikazzjoni lejn il-kollega tiegħu Jurgen Degabriele li weġġa’ fit-tul fl-aħħar partita kontra St. Andrews.
Hibernians kabbru l-vantaġġ fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima meta d-difiża ta’ Tarxien ma ħelsitx kompletament mill-periklu u BJORN KRISTENSEN kien lest eżatt barra l-kaxxa u skorja fuq il-lemin tal-gowlkiper Tarxiniż.
Għoxrin minuta mit-tmiem TAYLON MARCOLINO approfitta min-nuqqas ta’ ftehim bejn Daniel Zerafa u l-gowlkiper sostitut Dorian Bugeja, serqilhom il-ballun qabel tefa’ fix-xibka. L-istess TAYLON MARCOLINO għaqqad doppjetta fit-78 minuta meta skorja b’xutt għar-rokna wara kross fil-baxx mil-lemin li għadda tul id-difiża Tarxiniża.
Tal-Pagun komplew japprofittaw mill-iskonċentrament tad-difiża ta’ Tarxien u reġgħu skorjaw fit-80 minuta meta Taylon reġa’ ħarab, evita l-gowlkiper b’pass lejn TIAGO FONSECA li tefa’ f’lasta vojta biex kompla l-festa tal-partitarji Pawlisti.
//= $special ?>