Il-Malta Football Association ħolqot fond li bih ser tkun tista’ tassisti lil dawk il-klabbs li l-faċilitajiet tagħhom sofrew ħsara serja mill-mewġa ta’ maltemp li laqtet il-ġżejjer Maltin fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. L-MFA għamlet ukoll talbiet lill-Gvern u anke lill-UEFA sabiex jgħinuha f’din il-kawża.
Il-Bord tal-Proġetti fi ħdan l-MFA ser ikun qiegħed jissorvelja dan il-fond u l-klabbs milquta qed ikunu mitluba jagħmlu t-talba formali tagħhom, suġġett għall-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni relevanti. Intant, l-MFA għadha qed tevalwa l-ħsarat li saru fil-faċilitajiet tagħha f’Ta’ Qali wara l-maltempata u r-riħ qawwi ta’ tmiem il-ġimgħa.
It-timijiet tal-manutenzjoni u l-infrastruttura tal-Assoċjazzjoni qed jaħdmu qatiegħ sabiex isiru t-tiswijiet fejn possibbli u jsir it-tindif neċessarju. Ħsarat kienu rrapurtati f’żoni fis-Centenary Stadium, inkluz fit-tinda u l-fence li jdawwar l-istess stadium, it-Training Grounds u l-faċilitajiet anċillari tal-Istadium Nazzjonali.
//= $special ?>