L-ippjanar fil-qasam tal-iżvilupp ta’ pajjiżna kienet waħda mit-temi prinċipali diskussi waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda tal-Iżviluppaturi.
Il-laqgħa kienet indirizzata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li faħħar is-sehem tal-Assoċċjazzjoni u l-proposti konkreti li tagħmel. Hu qal li qabel mal-pożizzjoni lli ħadet l-MDA dwar it-tqassim tal-art pubblika u saħaq dwar l-importanza li jkun hemm kundizjzonijiet identiċi għal kompetituri f’dan il-qasam, anke kompetituri li ġejjin minn barra mill-UE.
Adrian Delia qal li s-settur tal-iżvilupp sejjer tajjeb u jista jmur aħjar. Iżda jeħtieġ ippjanar aħjar anke minħabba li t-territorju ta’ pajjiżna hu dak li hu.
Dwar in-nuqqas ta’ ppjanar fil-bini tkellem il-President tal-Assoċċjazzjoni tal-iżviluppaturi, Sandro Chetcuti, qal li jaqbel mal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar forward planning u qal li bħala pajjiż fallejna fl-ippjanar. Chetcuti qal li hu għalhekk li n-nies huma imdejqin.
Indirizza din il-konferenza wkoll il-Prim Ministru li f’nifs wieħed tkellem dwar l-importanza tal-ippjanar u fl-istess waqt qal li ma tistax tbassar il-bżonnijijet tal-futur.
Tul il-konferenza ssemmew ukoll sfidi oħra f’dan il-qasam fosthom is-superintendenza, il-burokrazija tal-permessi, il-problema tal-banek, u l-isifdi li jġibu magħhom ħaddiema barranin anke għall-kuntratturi Maltin.
//= $special ?>