Lokali Saħħa

Malti jirbaħ kompetizzjoni biex jgħin pazjenti li jbatu minn produzzjoni ta’ steroids naturali

Il-Malti Dr Miguel Debono, Konsulent tal-Endokrinoloġja u d-Dijabete, kif ukoll Lettur fl-Isptarijiet ta’ Tgħallim f’Sheffield, ingħata għajnuna prestiġġjuża milll-Isitut tar-Riċerka Medika biex ikun jista’ jgħin pazjenti li mhux kapaċi jipproduċu biżżejjed steroids naturali jew li jbatu minn kundizzjoni magħrufa bħala “Adrenal Insufficiently” (AI).

L-għajnuna ta’ kwart ta’ miljun sterlina mistennija tgħin fl-istudji biex it-test għall-AI jitpoġġa fuq is-sistema medika Ingliża (NHS). Min-naħa l-oħra, hu stmat li dan it-test se jkun qed jiffrka 10 iljun sterlina kull sena mill-fondi tal-NHS.

Dr Debono kklassifika l-aħjar minn 14-il persuna jew entità f’mixja kompetittiva ferm. Hu speċjalizzat fuq l-i’stress steroid hormone cortisol’ u fl-aħħar snin, sar magħruf madwar id-dinja.