Il-Prim Ministru Joseph Muscat l-ewwel iddieħek bil-proposta tal-Partit Nazzjonalista għal metro u issa sentejn wara qed jgħid li għada pitgħada se jibda jaħseb fuq sistema tal-metro. II-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-aħbar li sentejn wara l-Prim Ministru Joseph Muscat ġie fi kliemu u issa qed jaqbel mal-proposta li kien ressaq il-PN stess biex jsir proġett tal-metro f’Malta. Dan ifisser li dak li Joseph Muscat għamel żmien prova jiddieħek bih issa jrid jagħmlu tiegħu, u dan f’paniku biex jipprova jsolvi l-problemi tat-traffiku u tal-infrastuttura li ħoloq hu stess bil-politika tiegħu li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni bla pjan.
Għalkemm fil-budget għal din is-sena, l-Gvern ma semma’ xejn dwar investimenti f’sistemi alternattivi għat-trasport bħal metro, Joseph Muscat issa qed jgħid li jrid jibni metro hu. Dan meta fl-2017, fi żmien meta l-Partit Nazzjonalista kien diġà ressaq din il-proposta, huwa kien minn tal-ewwel sabiex jipprova jiskreditaha, però kif jgħidu better late than never li issa ħa jibda jaħseb fuq metro system taħt l-art.
Il-Partit Nazzjonalista issa jispera li jekk isir proġett tal-metro, dan ma jkunx biss bħala skuża għal Joseph Muscat biex iġib aktar ħaddiema barranin biċ-cheap labour b’detriment għall-ħaddiema Maltin jew biex jibqgħu jiggwadanjaw il-ftit tal-qalba b’detriment għall-investituri serji, iżda li tkun sistema ta’ trasport b’mezzi differenti li jingħaqdu flimkien, bħalma huma l-metro, karozzi tal-linja u faċilitajiet ta’ park and ride f’postijiet differenti biex dawk li jivjaġġaw ikollhom għażla sħiħa inkluż faċilitajiet adekwati għall-użu tar-roti.
//= $special ?>