L-Istati Uniti qed toffri premju ta’ miljun dollaru ( l-ekwivalenti ta’ madwar 800,000 ewro) għal informazzjoni dwar wieħed minn ulied it-terrorista maqtul – u ekskap tal-grupp al-Qaeda – Osama bin Laden. Dan meta l-uffiċjali Amerikani qalu li Hamza bin Laden qed jikkonsolida postu bħala kap ma’ dan il-grupp tal-militanti Iżlamiċi.
Jaħsbu li Hamza bin Laden jinsab f’territorju viċin il-fruntiera komuni tal-Afganistan mal-Pakistan – bl-istess Hamza bin Laden, fl-aħħar snin, jiċċirkola l-messaġġi biex is-sostenituri tal-al-Qaeda ‘jattakkaw lill-Istati Uniti u l-alleati tal-Punent bħala tpattija għall-qtil ta’ missieru’.
Kien fl-2011 meta l-qawwiet speċjali tal-Istati Uniti qatlu lil Osama bin Laden ġo kumpless ta’ Abbottabad, fil-Pakistan. Osama bin Laden kien approva l-attakki terroristiċi storiċi tal-2011 mill-al-Qaeda fuq l-ibliet prinċipali Amerikani u li fihom mietu kważi 3,000 persuna.
L-Istati Uniti, sentejn ilu, kienet iddikjarat lil Hamza Bin Laden, li jaħsbu li għandu mat-30 sena, bħala terrorista globali.
//= $special ?>