Iċ-chief financial officer tal-kumpanija Revolut irriżenja mill-kariga tiegħu wara li feġġew akkużi serji ta’ ħasil ta’ flus. Għalkemm jidher li r-riżenja seħħet fil-bidu tas-sena, l-aħbar saret pubblika tard ilbieraħ bil-lejl.
Is-CFO Peter O’Higgins, li ingħaqad ma’ dan il-bank virtwali Revolut fl-2016, kien ġej minn 12-il sena esperjenza ma’ JP Morgan.
Din l-aħbar qed tkompli titfa’ aktar pressjoni fuq il-Fundatur ta’ Revolut Nikolay Storonsky (ritratt) illi diġa’ qed jiffaċja akkużi serji immens. Dan wara li l-media Ingliża żvelat kif Revolut kienu “tfew” is-sistema awtomatika li twaqqaf it-trasferiment dubjuż ta’ flus.
Revolut kienet fetħet inkjesta interna lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet biex tiċċara dawn is-suspetti.
//= $special ?>