Id-Dwana ta’ Malta waqqfet passiġġier li kien mistenni jħalli pajjiżna lejn Istanbul b’somma flus mhux dikjarata.
Is-sejba saret waqt tfittxija ta rutina mill-uffiċjali tad-Dwana fis-sala tat-tluq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fiż-żona għall-passiġġieri minn pajjiżi li mhux fiż-żona Schengen.
Dan apparti li l-bagalja tiegħu tniżżlet minn fuq l-ajruplan fejn instabu iktar flus ta’ denominazzjonijiet u ta’ pajjiżi differenti.
Waqt li l-passiġġier irċieva lura €10,000 li skont il-liġi jista’ jġorr fuqu, €8,366 oħra li kienu jaqbżu dan il-limitu kienu kkonfiskati.
Il-passiġġier għadda għand il-Pulizija mis-sezzjoni ta’ kontra l-ħasil tal-flus u nżamm arrestat. Hu mistenni jitressaq quddiem il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>