BALZAN……………. 1 VALLETTA……….. 2
Balzan: S. Sultana, I. Bozovic, A. Kosoric, E. Serrano Valero, S. Bezzina, N. Sljivic (L. Micallef 88’), P. Fenech, U. Ljubomirac, S. Pisani, R. Correa, A. Effiong (A. Majdevac 66’)
Valletta: H. Bonello, E. Pena Beltre (M. Alba 43’), J. Caruana, R. Camilleri (S. Borg 32’), J. Zerafa, R. Muscat (N. Pulis 88’, S. Malano, R. Saleh, B. Gavrila, M. Fontanella, K. Nwoko
Imwissija: E. Pena Beltre 28’, M. Alba 59’, J. Caruana 87’ (V), R. Correa 12’, S. Pisani 90’ (B)
Skorjaw: J. Caruana 28’ og (B), M. Fontanella 79’, J. Caruana 86’ (V)
Referee: Alan Mario Sant
Assistenti Referees: Alan Camilleri, Theodore Zammit
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Nenad Sljivic (Balzan)
Attendenza: 671
Rimonta fl-aħħar kwarta, tat rebħa importanti lil Valletta f’logħba li dehru li setgħu jitilfuha. Ir-rebħa ta’ 2-1 kontra Balzan titqies rebħa ta’ karattru għat-tim ta’ Danilo Doncic li għal ħafna ħin dehru nieqsa mill-ideat u qrib telfa.
Balzan għandhom iħossuhom li tilfu r-rebħa minn ħalqhom hekk kif wara li marru fil-vantaġġ, kienu qed jikkontrollaw, sakemm sofrew gowl insolitu. Valletta kellhom neqsin lil Matteo Piciollo u s-sospiż Bojan Kaljevic filwaqt li Steve Borg u Miguel Alba bdew fuq il-bank tas-sostituti.
Kienu Valletta li kellhom l-ewwel xutt indirizzat lejn il-lasta wara 14-il minuta, b’xutt fil-baxx ta’ Raed Saleh ikun imxellef u spiċċa għadda barra. Balzan wieġbu fl-20 minuta bi free-kick ta’ Ricardo Correa li kien salvat tajjeb minn Henry Bonello.
Balzan fetħu l-iskor fit-28 minuta meta minn free-kick ta’ Steve Pisani, Ivan Bozovic għola bir-ras u qassam lejn Elkin Serrano Valero li xxuttja ħażin iżda fit-tentattiv li jbiegħed il-periklu, Jonathan Caruana spiċċa biex għeleb lill-gowlkiper tiegħu stess, bil-ballun jaħbat mal-mimduda qabel qabeż il-linja.
Il-kowċ ta’ Valletta Danilo Doncic kellu jagħmel żewġ bidliet sfurzati hekk kif weġġgħu Ryan Camilleri u Enmy Pena Beltre li kienu mibdula minn Steve Borg u Miguel Alba rispettivament. L-unika risposta tal-Beltin sa tmiem l-ewwel taqsima waslet fl-44 minuta b’xutt bid-dawra ta’ Kyrian Nwoko jgħaddi għoli.
L-andament tat-tieni taqsima baqa’ l-istess b’Valletta jiġru wara r-riżultat. Balzan bdew joperaw bil-kontrattakk u kien proprju fil-61 minuta li għal ftit ma rduppjawx, b’Henry Bonello jsalva tajjeb xutt perikoluż ta’ Steve Pisani. Tliet minuti wara daqqa ta’ ras ta’ Santiago Malano għaddiet barra wara kross ta’ Alba. Balzan reġgħu marru qrib fit-68 minuta meta Paul Fenech qassam lejn Uros Ljubomirac li ra x-xutt tiegħu jkun imxellef f’korner.
Fit-73 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Bogdan Gavrila għaddiet ftit barra iżda sitt minuti wara, il-logħba kellha żvolta hekk kif Valletta ġabu d-draw b’mod insolitu. Il-gowlkiper ta’ Balzan Steve Sultana xxuttja l-ballun, għola MARIO FONTANELLA, bil-ballun jaħbat ma’ dahar l-attakkant u daħal fix-xibka.
Valletta skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-86 minuta meta minn korner ta’ Miguel Alba, daħal Santiago Malano li kompla għan-nofs fejn daħal JONATHAN CARUANA li spara fil-baxx wara Sultana, fost il-ferħ tiegħu, ta’ sħabu u l-partitarji Beltin.
//= $special ?>