Lokali Qorti

Akkużat li froda aktar minn €220,000 lil kumpanija li kien jaħdem magħha

Raġel ingħata l-libertà proviżorja wara li tressaq il-Qort akkużat li froda aktar minn €220,000 lill-kumpanija fil-qasam tal-marketing li kien impjegat magħha.

L-akkużat ta’ 38 sena, li ismu ma jistax jixxandar b’ordni mill-Qorti caħad l-akkużi miġjuba kontrih bid-difiża tinsisti li l-klijent tagħhom kien vittma ta’ frame-up. Huwa ġie akkużat li allegatament aċċessa aktar minn elf kont tal-klijenti tal-kumpanija u trasferihom f’kont li kien qed jikkontrolla hu.

Filwaqt li d-difiża saħqet li r-raġel ikkopera mal-Pulizija minnufih, kif ukoll li kienu qed isiru xi investigazzjonijiet barra ‘il pajjiż.

Għaldaqstant, il-Qorti laqgħet it-talba għal-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €75,000. Dan filwaqt li l-akkużat kellu l-assi kollha friżati