Sewwieq ta’ mutur minn Birżebbuġa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara każ ta’ ‘hit and run’.
L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, għall-ħabta ta’ 04.40hrs, fi Triq iż-Żurrieq, f’Birżebbuġa stess.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li vettura li s’issa għadha ma ġietx identifikata laqtet il-mutur misjuq minn anzjan ta’ 70 sena.
Filwaqt li l-vettura involuta telqet minn fuq il-post, ġiet msejħa ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>

