Lokali

Arrestat fiż-Żebbuġ, Għawdex wara li nstabulu qratas bid-droga

Ilbieraħ il-pulizija arrestat raġel ta’ 37 sena miż-Żebbuġ, Għawdex wara li nstabu fuqu ammont ta’ qratas bi droga suspettata kokajina, u li kienu jidhru lesti biex jiġu traffikati.

Il-Maġitsrat tal-Għassa Dr. Joanne Vella Cuschieri LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi
esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti t’Ghawdex fil-jiem li ġejjin.