Kunsilli Lokali Lokali

“Bżonn ta’ aktar għajnuna mill-Gvern lin-negozji ż-żgħar” – Adrian Delia

Jeħtieġ li l-Kunsilli jerġgħu jingħataw l-awtonomija u l-awtorità

Is-Sibt filgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar il-komunità tan-negozju fil-Fgura…fejn kellu l-opportunità jiltaqa ma’ sidien ta’ negozji żgħar…ħafna minnhom tal-familji… li ħadu r-riskju jisselfu u qed iġġieldu kontra l-isfidi li hawn bħalissa fis-setturi kollha.

Adrian Delia appella lill-Gvern biex jagħmel iktar biex jgħin lin-negozji ż-żgħar.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar il-mod kif il-Gvern qed jittratta l-Kunsilli Lokali fosthom dak tal-Fgura, fejn ħadilhom minn idejhom kważi kull awtorità u awtonomija.

Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen fil-Kunsilli Lokali u li jistenna li jkollhom aktar awtoriità u iktar awtonomija u li jkunu n-nies fil-bliet tagħna li jiddeċiedu huma għall-lokalità tagħna.

Tul din iż-żjara, flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ukoll kunsilliera u kandidati għall-Kunsill nLokali tal-Fgura, Kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deputati tad-distrett.