Il-Ġimgħa ingħata bidu għall-Karnival Spontanju tan-Nadur, wara li l-Ħamis beda dan l-istess Karnival b’dak Organizzat.
Il-Karnival Spontanju huwa wieħed mill-aktar popolari fil-pajjiż u jattira eluf ta persuni fuq medda ta’ 5 t’ijiem. Fl-ewwel jum, dan il-karnival laqa’ fit-toroq tan-Nadur massa kbira ta’ nies, b’kull tip ta kostumi – makabri, grotteski, tradizzjonali, moderni, kontemporanji u satiriċi.
Fost l-aqwa DJs f’pajjiżna se jkunu qed janimaw dan il-Karnival Spontanju tan-Nadur.
Ritratti: Anaca Photography


