Mara ta’ 54 sena mir-Rabat, Malta, kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident fid-dar tagħha.
Il-kaz seħħ għall-ħabta tad-0900hrs fi Triq Għajn Kajjet, ir-Rabat hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma nstabet mixħuta mal-art fil-bitħa tar-residenza tagħha.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar għal aktar kura fejn ġiet ċertifikata li ġarbet ġrieħi kritiċi.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta Maġisterjali.
Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>

