Lokali Qorti

Jabbuża minn minorenni waqt li ommhom tingħata l-kura tal-kanċer

Raġel mill-Birgu nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li abbuża sesswalment minn tifel ta’ 12-il sena u tifla ta’ 13-il sena u żagħżugħ vulnerabbli ta’ 21 sena fuq medda ta’ 3 snin.

Fil-Qorti instema’ kif l-akkużat ta’ 55 sena abbuża minn ulied is-sieħba tiegħu waqt li kienet qed tingħata l-kura għall-marda tal-kanċer kif ukoll minn wild qariba tagħha.

Filwaqt li r-raġel ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih, id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest madanakollu l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ordnat sabiex l-akkużat jibqa’ miżmum taħt arrest.