Lokali

Raġel isofri ġrieħi serji f’inċident bil-mutur f’San Ġwann

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 40 sena jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’inċident bil-mutur ilbieraħ filgħaxija. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30p.m fi Triq Bellavista f’ San Ġwann. Mill-istħarriġ preliminari tal-pulizija jirriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Harley Davidson meta għal xi raġuni, hu tilef il-kontroll u nqaleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo kienet infurmata bil-każ u ħatret numru ta’ esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.