Għawdex Lokali

RITRATT: Karozza ssuq fuq in-nies waqt party f’Għawdex

Il-post tal-inċident

Raġel mix-Xagħra qed ikun investigat mill-Pulizija wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu saq fuq xi nies waqt party tal-Kanival fil-limiti ta’ Marsalforn Għawdex.

Fil-post ġew imsejħa il-Pulizija mill-għassa tar-Rabat li qed jinvestigaw il-każ, li seħħ għall-ħabta tas-2am.

Kelliem għad-Depot ikkonfermalna dak li seħħ, bis-sewwieq jidher li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Ir-raġel mistenni jitrqsaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.