Internazzjonali

SpaceX b’kapsula ġdida li twassal astronawti fl-orbita

RITRATT; SPACEX.COM

Il-kumpanija SpaceX, fl-Istati Uniti, qed tesperimenta b’kapsula ġdida ddisinjata biex twassal l-astronawti fl-orbita.

It-tlugħ tal-kapsula sar mill-Kennedy Space Center ta’ Florida b’din il-missjoni, li għalissa qed issir bħala dimostrazzjoni, ma tinvolvi l-ebda ekwipaġġ. Jekk kollox imur sew, l-aġenzija spazjali Amerikana x’aktarx li tapprova din is-sistema għall-użu regolari, bis-sehem tal-astronawti, aktar ‘il quddiem matul din is-sena.

Sadanittant, Elon Musk, il-fundatur ta’ SpaceX qal li dan jista’ ikun l-ewwel pass biex jinfetaħ settur għal ivvjaġġar fl-ispazju li jinvolvi l-klijenti kummerċjali.