Lokali Mużika

“Xewqti” – kanzunetta ġdida ta’ Janice Mangion

Sena wara s-suċċess tal-kanzunetta Warda, li fi ftit sigħat laħqet il-quċċata talklassifika lokali fil-ħanut digitali iTunes apparti li ngħatat promozzjoni fuq diversi stazzjonijiet tar-radju lokali kif ukoll internazzjonali, Janice Mangion tniedi kanzunetta ġdida, Xewqti.

Bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Cyprian Cassar, tim responsabbli mill-aħħar kanzunetta li rrapreżentat ‘l Malta fil-Junior Eurovision Song Contest, il-kanzunetta Xewqti għandha messaġġ soċjali bil-għan li titqajjem kuxjenza kontra l-użu tal-internet għal skopijiet ħżiena, speċjalment dawk tal-ibbuljar.

“ħassejt li għandi naħdem fuq din il-kanzunetta għaliex ninsab iddiżappuntata mmens li ngħixu f’soċjeta fejn minn wara skrin tal-kompjuter, fuq is-siti soċjali, ngħidu dak kollu li jiġi f’moħħna bla ma naħsbu jekk hux ħa nweġġgħu lil ħaddieħor …” tgħid Janice Mangion dwar il-kanzunetta b’ċertezza liema bħalha f’leħinha.

Matul dawn l-aħħar 12-il xahar, Janice żammet lilha nnifisha okkupata b’diversi prestazzjonijiet inkluż; fil-festival Discovery Fest fejn ġiet mogħtija t-titlu tal-aħjar vuċi wara prestazzjonijiet tal-kanzunetti Listen kif ukoll Warda li kienu deskritti minn dawk preżenti bħala eċċellenti; filwaqt li pparteċipat fil-proġett annwali Ħelu Bambin b’risq id-Dar tal-Providenza bil-kanzunetta Twieled il-Messija u żewġ proġetti fid-dinja tal-moda b’kollaborazzjoni mad-disinjaturi Gaetano u Maria Cutajar.

Megħjuna bil-viżwal maħluq mill-produttur Matthew Muscat-Drago, ilkanzunetta Xewqti intweriet għall-ewwel darba fuq it-televixin fid-28 ta’ Frar, wara li għamlet id-debutt tagħha fuq ir-radjijiet lura fil-15 ta’ Frar. Dan kien
possibli grazzi għall-Ironic PR & Artist Management kif ukoll CAP-Sounds li segwew l-andament kollu għall-professjonalita assoluta.

Fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin, Janice ħa tippromovi l-kanzunetta tagħha fuq ilmezzi tax-xandir kollha, hekk kif l-interess ikompli jiżdied. Għal aktar informazzjoni dwar Janice Mangion kif ukoll Xewqti, idħlu fis-siti soċjali fuq Facebook, Twitter, u Instagram u ssibu minjiera ta’ informazzjoni.