Lokali

AĠĠORNATA: Splużjoni ta’ ċilindru tal-gass tħalli raġel ferut

Fl-aħħar ħin splużjoni ta’ ċilindru tal-gass iħallu raġel ferut f’residenza Triq Melita, Raħal Ġdid.

Għall-ħabta tad-8:40pm issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal kura. Jidher li r-raġel sofra xi ġrieħi f’idu u f’saqajh mal-isplużjoni.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu din ir-residenza.

Xhieda minn dawk li kien hemm fuq il-post qalu li semgħu ħoss qawwi u deher xi nar ħiereġ minn residenza.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha ma ġietx iddentifikata.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.