Lokali

Jinqaleb bil-karozza u jitlaq mill-post sakemm waslu l-Pulizija

Sewwieq li nqaleb bil-vettura tiegħu kmieni matul il-lejl li għadda, abbandunaha u telaq mill-post qabel waslu l-uffiċjali tal-Pulizija.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-01:00 meta persuni rrappurtaw lill-Pulizija li kien hemm vettura maqluba f’nofs ta’ triq fi Triq Xatt Pinto, fil-Floriana. Fost dawn, mara li kienet qed issuq flimkien ma’ bintha li kienet passiġġiera u li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha.

Dan hekk kif matul it-triq kien hemm ammont konsiderevoli ta’ żejt apparti ħġieġ u tifrik mill-vettura maqluba. Minkejja dan jidher li s-sewwieq tal-vettura li nqalbet ma jidhirx li sofra ġrieħi hekk kif il-Pulizija mhix infurmata b’xi ħadd li mar l-isptar għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.