Sport Waterpolo

Kamp ta’ taħriġ fl-Ungerija għat-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Waterpolo

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena ħalla pajjiżna lbieraħ filgħodu lejn l-Ungerija għal kamp ta’ taħriġ intensiv ta’ ġimgħa. Dan se jservi bħala preparazzjoni għat-tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew li se jsir fis-Slovenja aktar tard dan ix-xahar.

Iż-żgħażagħ Maltin taħt it-tmexxija ta’ Anthony Farrugia se jilgħab tmien logħbiet f’sebat ijiem kontra t-tim Rumen Oradea, Hornets Kosice, MVLC, Debrecen u OSC tal-Ungerija. It-tim jinsab akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-ASA Rita Azzopardi kif ukoll mill-fiżjoterapist tat-tim Zachary Gatt.

L-iskwadra magħżula minn Farrugia hi: Sam Azzopardi (Sliema), Gianluca Borg (San Ġiljan), Kieyan Borg (Sliema), Jake Cachia (Sliema), Mark Castillo (Neptunes), Mark De Marco (Sliema), Max Farrugia (Neptunes), Miguel Farrugia (Sliema), Alec Fenech (Neptunes), Ryan Galea (Sirens), Sam Gialanze (Neptunes), Matthew Mifsud (Sliema), Sam Mifsud (Neptunes), Nico Schiavone (Sliema), Daniel Tully (San Ġiljan)