Sport Sport Ieħor

Nick Kyrgios jirbaħ l-Open tal-Messiku

(Ritratt: EPA)

Nick Kyrgios għalaq il-ġimgħa mill-aqwa b’rebħa ta’ 6-3, 6-4 fuq is-sid numru tlieta tad-dinja Alexander Zverev biex rebaħ l-Open tal-Messiku f’Acapulco. Kyrgios hu rinomat li għandu temperament qasir, iżda fil-finali żamm il-konċentrazzjoni b’service b’saħħtu u forehand spettakolari.

Għat-tennist dan kien il-ħames titlu tiegħu ATP fil-karriera. Wara l-logħba, Kyrgios qal li hu ma kienx il-favorit qabel il-finali minħabba li Zverev kien qed jilgħab tennis tajjeb. “Hu tennist inkredibbli u ma għandux dgħjufija, għalhekk kont naf li ridt nilgħab l-istil tiegħi. Kuntent ħafna bil-prestazzjoni tiegħi. Nittama li dan hu eżempju għal nies li qed ibatu. Jekk għamiltha jien, tistgħu tagħmluha intom.”

Fir-rawnds preċedenti, Kyrgios għeleb lil Rafael Nadal, Stanislav Wawrinka u John Isner filwaqt li Zverev ma kienx għadu tilef set fi triqtu lejn il-finali. B’din it-telfa Kyrgios se jerġa’ jitla’ mal-aqwa 32 fid-dinja.

Tags