Sport Sport Ieħor

Pietà, Luxol, Valletta u Birkirkara jgħaddu għas-semifinali tan-knock-out tal-futsal

(Ritratt: Joe Borg)

Is-semifinalisti tan-knock-out saru magħrufa wara li ntlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali matul din il-ġimgħa. Valletta, Luxol, Birkirkara u Pietà għadhom l-uniċi timijiet biċ-ċans li jirbħu din il-kompetizzjoni.

Pietà Hotspurs eliminaw lir-rebbieħa tas-sena l-oħra l-Università ta’ Malta b’rebħa ta’ 4-2. Għal Pietà spikka Karl Sciortino li skorja tripletta flimkien ma’ gowl ta’ Dexter O’Brien. Għat-tim tellief skorjaw Daniele Degennao u Cleaven Portelli.

Faċli għal Valletta li ġabu fix-xejn lit-tim ta’ taħt id-19-il sena ta’ Luxol b’rebħa kbira ta’ 17-0. Il-gowls waslu minn tripletti ta’ Gia Nikvashvili u Rafael Rodriguez u doppjetti għal Denis Di Maio, Andre Ciancio, Dylan Musu u Clint Farrugia. Melvin Borg, Shawn Vella u Camilo Gomes skorjaw gowl kull wieħed.

Luxol għelbu lil Swieqi United 5-4 f’logħba bilanċjata sal-aħħar filwaqt li Birkirkara rebħu 9-4 kontra Tarxien Rainbows.

Matul din il-ġimgħa tkomplew ukoll il-kampjonati bi draw 5-5 bejn Birkirkara u Swieqi United mill-Kampjonat Elite, filwaqt li Valletta komplew jirbħu meta għelbu lit-tim tal-Università ta’ Malta 6-4 f’logħba pjaċevoli. Mill-Ewwel Diviżjoni, it-tim ta’ taħt id-19-il sena ta’ Luxol kiseb rebħa kbira ta’ 10-0 kontra UM Futsal Academy.

Kampjonat Elite

Logħob li jmiss

Għada: Padiljun ta’ Kordin – Luxol v Birkirkara 8.15pm, It-Tlieta: Padiljun ta’ Kordin – Swieqi U. v Tarxien R. 8.15pm, Il-Ħamis: Padiljun ta’ Kordin – Swieqi U. v Luxol 8.15pm, Il-Ġimgħa: Padiljun ta’ Kordin – Tarxien R. v Università 8.15pm

Klassifika

Valletta 45 punt, Luxol 39 punt, Birkirkara 28 punt, Swieqi United 28 punt, Tarxien Rainbows 15-il punt, Università ta’ Malta 15-il punt

Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa: Skola Nazzjonali tal-iSport – Pietà H. v Luxol U19 8.45pm

Klassifika

Pietà Hotspurs 18-il punt, Swieqi United U21 12-il punt, Luxol U19 12-il punt, UM Futsal Academy 3 punti

Tags