Futbol Sport

RITRATTI: Mqabba jirbħu d-derby kontra Qrendi u jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva

(Ritratt: Trevor Sollars)

QRENDI…………… 0   MQABBA…………. 1

Qrendi: J. Farrugia, D. Micallef, M. Busuttil, L. Brincat (K. Abela 59’), M. Barbara, Z. Bowman, D. Zarb, D. Martini, J. Spiteri, C. Quaranta (J. Pedro da Silva Vargas 59’), J. Silveira da Silva

Mqabba: F. Tabone, R. da Silva Gomes, D. Micallef, J. Martins (L. Suma 13’), A. Ferreira, B. Grech (C. Cutajar 86’), W. Borg, C. Vella, D. Azzopardi, F. Gusman, N. Micallef

Referee: Ishmael Barbara

Mqabba kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva u ħadu ftit tan-nifs fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni. Ir-rebħa ta’ 1-0 fuq Qrendi waslet b’gowl fl-aħħar minuti li poġġiet lil Qrendi f’sitwazzjoni aktar prekarja.

It-tim ta’ Alfred Attard kellu l-inizjattiva fl-ewwel parti tal-logħba b’xutt tal-eks Qormi Alexsandro Ferreira jkun salvat minn Jeffrey Farrugia. Il-gowlkiper ta’ Qrendi reġa’ kien fl-azzjoni fil-25 minuta bi free-kick mill-bogħod ta’ Brandon Grech li salva tajjeb. Ħames minuti wara, Mqabba kienu għoddhom fetħu l-iskor b’xutt ta’ Chris Vella li kien maqlugħ minn fuq il-linja minn Daryl Micallef.

Qrendi wieġbu żewġ minuti wara b’xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Josuel Spiteri li għadda ftit barra. Fil-ħin żejjed tal-ewwel taqsima, Mqabba reġgħu resqu viċin b’xutt ta’ Chris Vella li kien imxellef għal korner.

Mqabba komplew jattakkaw fit-tieni taqsima u fil-55 minuta minn korner ta’ Wayne Borg, id-daqqa ta’ ras ta’ Alexsandro Ferreira.  Disa’ minuti wara, daqqa ta’ ras ta’ Joao Pedro da Silva għaddiet ftit barra wara free-kick ta’ Dylan Zarb.

Mqabba skorjaw il-gowl tar-rebħa fid-79 minuta permezz ta’ FRANCESCO GUSMAN li għadda qalb żewġ difensuri avversarji wara li qabad ballun barra l-kaxxa biex għeleb lil Farrugia. Qrendi naqsu li jwettqu reazzjoni u saħansitra kienu Mqabba li fl-aħħar sekondi tal-logħba kważi rduppjaw b’xutt tas-sostitut Christopher Cutajar li għadda tul il-lasta u spiċċa barra.