Sport Sport Ieħor

RITRATTI: Ut De Dompierre jirbaħ finali eċċitanti f’ħin impressjonanti

(Ritratt: Trevor Sollars)
Issir il-finali fl-okkażjoni tal-150 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Malta Racing Club

Rapport: Kenneth Vella

Misjuq minn Michael Ellul, il-Franċiż Ut De Dompierre rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret illum wara nofsinhar fil-Marsa. Din kienet il-Gran Finali għall-aqwa żwiemel tal-klassi Premier fl-okkazjoni tal-150 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Malta Racing Club.

Din il-Gran Finali għamlet parti mit-tmien laqgħa tas-sena fuq tnax-il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott. Il-laqgħa nkludiet ukoll tliet semifinali mill-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Disgħa kienu ż-żwiemel li ħadu sehem fil-Gran Finali Premier. Lajos Cella (Redent Magro) kienet l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetħet vantaġġ żgħir minn Ut De Dompierre (Michael Ellul) u Ultra De Vindecy (Clifferty Calleja).

Madankollu, it-tiġrija ħadet żvolta oħra 400m mil-linja finali meta Lajos Cella bdiet tnaqqas mill-pass. Dlonk inqabżet minn Ut De Dompierre (Michael Ellul) li baqa’ sejjer biex jieħu l-ewwel rebħa staġjonali bi ftit minn Ugo Des Jacquots (Mario Fenech) u I Won’t Dance (Clint Vassallo). Lajos Cella kellha tikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni b’Ultra De Vindecy (Clifferty Calleja), li ġej mill-istess stalel tar-rebbieħ itemm fil-ħames pożizzjoni.

Fi tmiem il-finali, Denise Bonello, f’isem l-isponsors, Espresso, ippreżentat it-trofew lil Alfred u Stephen Ciangura, sidien taz-ziemel u Michael Ellul is-sewwieq. Dan fil-preżenza ta’ Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club. Intant ir-rebbieħ kellu medja impressjonanti ta’ 1.13.3” fil-kilometru.

Mit-tliet semifinali tal-klassi Bronze tnax-il żiemel għaddew għall-finali. Fl-ewwel wahda, Tinus Moseby (Marco Refalo) ħa t-tieni rebħa konsekuttiva minn Skip Dimanche (Joshua Azzopardi) wara li żied fil-ġiri dawra mit-tmiem. L-istess għamlet Dollydoo Laday (Rodney Gatt) fit-tieni semifinali minn Italian Job (Marco Debono) wara li sprint tajjeb fid-dritta finali.

L-aħħar semifinali ġiet mirbuħa mill-kwotat Duc d’Haufor (Redent Magro) li wkoll ħalla kollox għall-aħħar battuti tat-tiġrija. Bad Boy (Charles Camilleri) kellu pjazzament tajjeb fit-tieni post.

Il-laqgħa tal-bieraħ inkludiet ukoll żewġ tiġrijiet tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil. Fl-ewwel waħda, Pave The Way (Clint Vassallo) li kien għal ħafna ħin quddiem, inqabeż f’nofs id-dritta finali mir-rebbieħ, it-Taljan Plutonio (Clifferty Calleja). Un Roi d’Atout (Andrew Farrugia) u Urido d’Alban (Mario Fenech) dahlu warajhom f’dik l-ordni. Għal Plutonio dan kien l-ewwel suċċess f’Malta.

Attakk mibdi 300m mit-tmiem wassal lil Jaguar Broline (Redent Magro) biex jirreġistra l-ewwel rebħa staġjonali fit-tieni tiġrija normali tal-aqwa klassi. Dan minn Uno Dancer (Clint Vassallo) u żewġ debuttanti, il-Franċiż Upman (Noel Baldacchino) u l-Amerikan Appomattox (Mark Bonnici).

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Cobalt De Martigny (P. Galea) Ħin – 2.05.4” (1.16.4”)2. Enjos TS (S. Vassallo) 3. Divine Brillouard (M. Debono) 4. Lookh Offelia (R. Gatt)

II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Magic Melon (R. Gatt) Ħin – 2.04.9” (1.16.1”) 2. Enge Nitro (N. Baldacchino) 3. Divonne (S. Grixti) 4. Petrus Du Vivier (M. Desira)

III Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Veaulnes (N. Baldacchino) Ħin – 2.01.6” (1.14.1”) 2. Black Dream (M. Debono) 3. Un Bons Fils (R. Micallef) 4. Udjayin (C. Caruana)

IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Get Lucky Pellini (J. Gafà) Ħin – 2.03” (1.15”) 2. Bone Machine (F. Tanti) 3. Alexia Des Mires (P. Galea) 4. Victor Saint Gall (C. Calleja)

V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Maryland (C. Camilleri) Ħin – 2.01.1” (1.13.8”) 2. Vulcain Of Mars (N. Baldacchino) 3. Volfoni Du Plessis (D. Baldacchino) 4. Boko Won (S. Cassar)

VI Tiġrija Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Plutonio (C. Calleja) Ħin – 2.01” (1.13.8”) 2. Pave The Way (C. Vassallo) 3. Un Roi d’Atout (A. Farrugia) 4. Urido d’Alban (M. Fenech)

VII Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Wies Buitenzorg (C. Grech) Ħin – 2.05.1” (1.16.3”) 2. Utian Joy (C. Calleja) 3. Leap Day Credit (Ch. Vassallo) 4. Carat Darby (R. James)

VIII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Jaguar Broline (R. Magro) Ħin – 2.00.7” (1.13.6”) 2. Uno Dancer (C. Vassallo) 3. Upman (N. Baldacchino) 4. Appomattox (M. Bonnici)

IX Tiġrija Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Tinus Moseby (M. Refalo) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Skip Dimanche (J. Azzopardi) 3. Altesse Atout (A. Farrugia) 4. Urgande Nay (Ch. Cassar)

X Tiġrija Gran Finali 150 Sena Anniversarju.  Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Ut De Dompierre (M. Ellul) Ħin – 2.36.9” (1.13.3”) 2. Ugo Des Jacquots (M. Fenech) 3. I Won’t Dance (C. Vassallo) 4. Lajos Cella (R. Magro) 5. Ultra De Vindecy (C. Calleja)

XI -il Tiġrija Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dollydoo Laday (R. Gatt) Ħin – 2.46.9” (1.18”) 2. Italian Job (M. Debono) 3. Vecteur Winner (N. Baldacchino) 4. Brio De Malte (K. Axisa)

XII-il Tiġrija Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Duc d’Haufor (R. Magro) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Bad Boy (C. Camilleri) 3. Ugolin Du Rib (N. Baldacchino) 4. Querby Du Gite (N. Barbara)