Lokali

VOX POP: Ikompli l-Karnival – Briju, ferħ u kostumi

Briju, ferħ u kostumi – post fejn diffiċli ma titbissimx.

Fil-Belt Valletta għal jum ieħor kompla l-Karnival fejn eluf ta’ nies reġgħu qattgħu l-jum jiċċelebraw dawn il-jiem mistennija minn ħafna.

Bla dubju ta’ xejn jispikkaw iż-żfin u l-karrijiet li huma l-frott ta’ xhur ta’ ħidma bla waqfien minn dawk involuti.

Dan se jkun Karnival memorabbli għal Deheb Carnival Company ta’ hekk kif kostum tal-Karnival tagħhom tniżżel bħala rekord nazzjonali għall-iktar kostum tal-Karnival imżejjen b’fosos – 26,053.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival jibqgħu sejrin sat-Tlieta li ġej.

Ritratti: Joseph Galea