Sport Sport Ieħor

Brian Galea jirbaħ it-tielet selezzjoni tat-trap

Brian Galea rebaħ it-tielet selezzjoni tat-trap, avveniment li kien organizzat fuq ħames rawnds ta’ kwalifikazzjoni ta’ 25 target, bit-tiraturi jippruvaw jolqtu 75 target is-Sibt u l-aħħar 50 target il-Ħadd. Flimkien ma’ Galea fuq il-podju kien hemm William Chetcuti u John Marmara li spiċċa fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Is-sitt finalisti li kkwalifikaw skont ir-riżultat tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni kienu William Chetcuti (115/125), Stephen Vella (110/125), Brian Galea (109/125), John Marmara (108/125), Nicholas Carabott (105/125+1) u Paul Formosa (105/125+0).

Stephen Vella kien eliminat l-ewwel wara li laqat 15-il target minn 25, filwaqt li Paul Formosa u Nicholas Carabott kienu eliminati warajhom, b’Formosa jikseb riżultat ta’ 20/30 filwaqt li Carabott laqat 26/35.

Qabel dan ir-rawnd, Marmara kien qabel Chetcuti, iżda fir-raba’ rawnd, John Marmara laqat 2/5 kontra 4/5 ta’ William Chetcuti biex kien hu li għadda għall-finali. Brian Galea kkonferma l-potenzjal tiegħu hekk kif għajr rawnd, dejjem laqat aktar minn Chetcuti biex spiċċa b’43/50, ħames targets aktar minn Chetcuti. Nicholas Carabott u Stephen Vella għamlu żewġ straights, b’Vella jagħmel ukoll kważi rawnd perfett ta’ 24/25, l-istess bħal William Chetcuti u Brian Galea.

Il-programm tal-Federazzjoni Maltija tal-iSparar ikompli l-Ħadd li ġej fid-9.30am fis-Southern Shooting Club bit-trofew E.A.R.

Klassi A: Brian Galea (46/50), John Marmara (46/50), William Chetcuti (45/50)

Klassi B: Michael Grech (43/50) (Countback Rule), Stephen Vella (43/50), Paul Formosa (42/50)

Klassi Ċ: Brian Zammit (36/50) (Countback Rule), Charles Muscat (36/50), George Grech (32/50)

Tags