Il-Union of Professional Educators ressqet sensiela ta’ proposti li għandhom l-iskop li jipproteġu u jagħtu serħan il-moħħ lill-edukaturi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Il-proposti, li kienu ppreżentati lill-Prim Ministru Joseph Muscat, jinkludu fost oħrajn il-ħolqien ta’ polza ta’ assigurazzjoni li tkopri lill-edukaturi f’każ li dawn iweġġgħu jew jitilfu l-għajxien tagħhom minħabba li jsofru xi attakk.
Kif jispjega Graham Sansone, mill-Union li tifforma parti mill-UĦM Voice of the Workers, dawn il-proposti qed isiru anke fid-dawl li l-attakki fil-konfront tal-edukaturi qed jiżdiedu.
Filwaqt li l-union ma tixtieqx li l-iskejjel isiru ħabs, tiddikjara li ma tistax tittollera li l-awtoritajiet jibqgħu ma jindirizzawx ir-riskji li jaffaċċjaw l-edukaturi.
Il-UPE qed tħares lejn l-istampa sħiħa anke billi titlob li jkunu indirizzati problemi ta’ saħħa li mentali li qed jikbru anke fost l-istudenti.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, l-uffiċjali tal-UPE rrimarkaw kif illum-il ġurnata l-edukaturi qed jaħdmu fi klima ta’ biża’ kawża anke ta’ standards ta’ sigurtà fl-iskejjel li huma baxxi ħafna.
//= $special ?>