Internazzjonali

Imut Luke Perry ta’ Beverly Hills 90210

Luke Perry

L-attur Amerikan Luke Perry miet f’Kalifornja tard illejla. Hu kellu 52 sena.

Ġimgħa ilu Perry kellu attakk ta’ puplesija f’Los Angeles, fejn kien qed jiffilmja xeni tas-serje Riverdale.

Luke Perry kien sploda fil-popolarita’ minħabba r-rwol ewlieni li kellu fis-serje Beverly Hills 90201 – serje imfittex ferm anke f’pajjiżna.

L-attur kien missier ta’ żewġt itfal.