Erba’ persuni sfaw midruba wara ġlieda li seħħet ilbieraħ bil-lejl fuq il-Fosos tal-Floriana.
Il-każ seħħ fiz-zona fejn bħalissa hemm il-karrijiet tal-Karnival, meta għall-ħabta tad-9pm il-Pulizija kienu infurmati li seħħ argument.
Fil-ġlieda intużat ukoll ħadida.
Il-Pulizija ikkonfermat li erba’ persuni kellhom jingħataw l-kura medika – żewġt irġiel u mara sofrew feriti ħfief, filwaqt li żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħal Qormi sofra feriti gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>