Internazzjonali Mużika

Keith Flint, ‘frontman’ tal-grupp Prodigy jinstab mejjet fir-residenza tiegħu

Tħabbret il-mewt ta’ Keith Flint, ‘frontman’ tal-grupp Prodigy. Hu nstab mejjet fir-residenza tiegħu f’Essex fir-Renju Unit. Hu kellu 49 sena.

Kelliem għall-pulizija f’Essex qal li daħlulhom rapporti dwar Flint li kien ilu ma jidher u meta marru fuq il-post, huma sabu lill-kantant mejjet. Il-Pulizija mhux qed tqis il-mewta bħala waħda suspettuża.

Prodigy kien wieħed mill-iktar grupp influwenti fix-xena mużikali elettronika tas-snin 90 b’suċċessi fosthom Firestater, Breathe u Out of Space.