Il-media laburista reġgħet inqabdet tqarraq meta f’servizz fuq One News provaw jagħtu l-impressjoni li l-PN qed jiddejjaq bl-aħbarijiet pożittivi dwar Malta – qerq sfaċċat, bil-media tal-PL tinqabad tigdeb u ddawwar il-kliem li qal Adrian Delia l-Ħadd filgħodu.
Fil-verita, din l-aħbar hija sfaċċata doppjament – l-ewwel, għaliex mhux veru li r-rapporti tal-IMF u tal-Kummissjoni Ewropea jagħtu konklużjonijiet pożittivi għall-Gvern ta’ Muscat. U t-tieni, għaliex mhux veru lanqas li l-Kap tal-PN esprima dieqa għal riżultati pożittivi – anzi, esprima dispjaċir għall-fatt li l-Gvern qed jiġbed rimarki negattivi, f’rapport wieħed wara l-ieħor, dwar l-ekonomija lokali, il-finanzi pubbliċi u s-settur bankarju.
Din mhix l-ewwel darba li l-media Laburista inqabdet tigdeb fl-aħħar jiem – fil-Parlament, tqajjem il-każ tal-whip Nazzjonalista Robert Cutajar b’One News ordnati jirtiraw ir-rapport. L-istess stazzjon inqabad jigdeb ukoll dwar ġlieda x-xahar li għadda li qatt ma seħħet.
//= $special ?>
