F’nofs dan il-ferħ kollu tal-Karnival, id-dilettanti qamu maħsuda b’aħbar kerha dalgħodu – l-ahbar tal-mewt ta’ Kelly Mifsud, żeffiena li ghal diversi snin ippartecipat fil-Karnival.
Kienu bosta l-persuni li fakkru l-memorja ta’ din l-omm b’memorji mill-isbah; hafna minnhom marbuta maz-zfin u l-kostumi sbieh tal-karnival. Hi kienet deskritta bhala tfajla li kapaci tferrah lil dawk ta’ madwarha, u li kellha qalbha tad-deheb.
Il-kumpanija Dreamteam Carnival, sellmet lil Kelly li anke din is-sena kellha tkun parti mit-tim ta’ żeffiena.
“Sebbah is-smewwiet” – kien il-messagg li wasslu shabha.
Messaġġ ieħor inkiteb mill-ħabib tagħha Jeremy Mercieca. “Kull meta kont niġi narak dejjem għidtli għalkemm mhux se niżfen, irridkom tirbħu għalija! Kemm saqsejtni fuq il-kostum u jien kont ngħidlek se jixraqlek zgur!! Int rebbieħa għax kont ġellieda kbira! Alla ried jieħu fjura bħalek fil-festa li kont tħobb! Rest in Peace għażiża.”