Futbol Sport

Żvelata statwa ta’ David Beckham barra l-istadium ta’ LA Galaxy

Los Angeles Galaxy żvelaq statwa tal-eks plejer internazzjonali Ingliż David Beckham barra l-istadium tagħhom, qabel Zlatan Ibrahimovic skorja l-gowl rebbieħ fl-ewwel logħba tal-Major Soccer League kontra Chicago Fire. Beckham li għandu 43 sena, rebaħ l-MLS Cup darbtejn f’ħames staġuni ma’ Los Angeles Galaxy minn meta ngħaqad magħhom fl-2007. Din l-istatwa hi l-ewwel waħda ta’ dan it-tip fil-Major Soccer League.

“Illum ħolma saret realtà,” qal Beckham, li hu s-sid ta’ Inter Miami li se jagħmlu d-debutt fl-MLS fl-2020. Beckham qal li jinsab kburi għaliex il-familja u l-ħbieb tiegħu jkunu jistgħu jaraw xi ħaġa ta’ dak li kiseb hu. Zlatan Ibrahimovic skorja 22 gowl fl-istaġun tad-debutt tiegħu, u skorja l-gowl rebbieħ fit-80 minuta b’daqqa ta’ ras biex ta rebħa ta’ 2-1 lil Los Angeles Galaxy.

Tags