Lokali Transport

Bastiment reġistrat Malta maħtuf minn terroristi armati

It-tanker Histria Ivory, li jtajjar bandiera Maltija, inħataf minn numru ta’ persuni armati ‘l barra mill-kosta tat-Togo qrib il-port ta’ Lome.

Skont rapporti fil-media internazzjonali, jidher li abbord il-bastiment għad hemm 3 membri tal-ekwipaġġ li qed jinżammu ostaġġi. Iżda jirriżulta li ma tista issir l-ebda komunikazzjoni mal-ekwipaġġ minħabba li t-tagħmir elettorniku tkisser għal kollox.

Bħalissa l-vapur għadu qed iżomm l-istess pożizzjoni ‘l barra mill-kosta u mhux jiċċaqlaq.

Il-maġġorparti tal-ekwipaġġ ġej mir-Rumanija.

Ritratt: MarineTraffic.com